Welcome to the official website of the Marsaskala Sports Club

Marsascala Sports Club ġie mwaqqaf fl-1974 taħt il-Presidenza tas-Sur Charles Chetcuti, assistit minn Dr. Thomas Abela u s-Sur Salvu Debono bħala Segretarju u Teżorier, rispettivament. Oriġinarjament, il-klabb kien jismu Marsascala Aquatic Sports Club u ġie mwaqqaf fl-1927 u hu meqjus bħala wieħed mill-klabbs pijunieri tal-Waterpolo Malti. Għal bosta snin, il-klabb lagħab fit-tieni diviżjoni tal-waterpolo Malti fejn rebaħ il-league, kif wkoll in-knock out, għal bosta snin.

Fis-snin disgħin, il-klabb asserixxa ruħu bħala wieħed mill-akbar klabbs ta’ Malta u rnexxilu jirbaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni fl-1997. Dan kien suċċess kbir għal Marsascala u hu l-uniku unur mirbuħ minn kull klabb minn naħa t’isfel ta’ Malta. Dakinhar saru ċelebrazzjonijiet kbar kemm fil-pixxina nazzjonali kif wkoll f’Marsascala. F’Marsascala sar defile ta’ karrijiet bis-sehem tal-baned, fosthom il-Banda Sant’Anna li daqqet għall-ewwel darba l-innu tar-rebħ tal-league miktub mill President Renald Dalli. Iċ-ċelebrazzjonijiet komplew fil-pitch b’festin kbir u attivitajiet bin-nar tal-ajru. Veru kien mument sabiħ għan-nies ta’ Marsascala. Fl-istess sena, il-klabb barra li rebah it tazza tal Ghaqda Kittieba sports, irrappreżenta lil Malta fil-Ligue Européenne de Nation (LEN) Trophy f’Chios il-Greċja u fl-1998 fil-European Champions Cup, f’Ústí nad Labem, Czech Republic. Fl-istess sena, Marsascala SC kienu l-ewwel klabb Malti li rebaħ żewġ logħbiet  fiċ-champions league. Dan kien unur ieħor kbir kemm għall-klabb kif ukoll għal Malta.

Bosta plejers ta’ Marsascala SC, lagħbu mat-tim nazzjonali u għamlu unur lil Malta, fosthom  Charles Flask, Alfred Xuereb il-Yogi, Charles Zammit, Joseph Caruana Dingli, Anton Privitera, Paul Privitera, John Licari u Ian Bugeja. Kemm Joseph Caruana Dingli u Paul Privitera, kienu l-captains tat-tim nazzjonali għal bosta snin. Il-klabb ta’ Marsascala rebaħ ukoll l-unuri fil- kategoriji tal-juniors. L-ewwel unur wasal fl-1989 meta ntrebaħ il-kampjonat tal-under 14 kontra t-tim ta’ tas-Sliema. Il-klabb rebaħ ukoll il-league tal-under 21 darbtejn, filwaqt li l-iskwadra tal-under 19, rebħet in-knock out fl-2000.

Matul is snin il klabb ta Marsascala dejjem ha hsieb li jiehu hsieb dak li gie fdat lilu kemm f dak li hu premises kif wkoll dak li hu sportiv u socjali. Bosta membri taw kontribut kbir ghal dan l avanz u l klabb imexxi mill president attwali Aaron Simpson qed jkompli fuq dawn il passi. B hekk nistiden lil kull minn jixtieq jidhol membru jew jissieheb fin nursery tal klabb jibghat e mail fuqmsk.waterpolo.nursery@gmail.com jew jcempel fuq 79429306.

Latest News & Events

Contact Us

We're not around right now. But you can send us an email and we'll get back to you, asap.